Mara u tifla jweġġgħu f’inċident fin-Naxxar

Google Maps

Mara ta’ 27 sena, mara ta’ 26 sena u tifla ta’ 6 snin li kienu passiġġieri f’karozza għaddejjin minn Triq Margaret Murray, fit-Telgħa t’Alla u Ommu, weġġgħu f’ħabta ma’ trakk għall-ħabta tas-6pm.

Il-karozza kienet misjuqa minn raġel mill-Mosta ta’ 36 sena, waqt li t-trakk kien misjuq minn raġel ta’ 55 sena mill-Fgura.

Il-passiġġieri tal-karozza ittieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Iż-żewġ nisa u t-tifla mill-Belarus ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.