Mara u tarbija salvati minn pulizija

Mara u tarbija jistgħu jgħodduha b’waħda wara li waqfitilha l-karozza fil-Bypass tal-Imrieħel
Il-mara li kienet għadha kemm spiċċat mix-xogħol għall-ħabta tas-2pm waqfitilha l-karozza minħabba li saħnet.
Hija niżlet it-twieqi u provat tneħħi l-ħwejjeġ minn fuq bintha ta’ seba’ xhur minħabba li kienet ħafna sħana. Biex tevita li t-tarbija jagħtiha xi ħaġa bdiet tisqija ħafna ilma minħabba s-sħana.
Minkejja li xtaqet toħroġ mill-karozza bdiet tibża’ minħabba l-karozzi li bdew għaddejjin b’veloċità qawwija.
Iżda minkejja li kollox kien jidher ġej ħażin, dak il-ħin kien għaddej pulizija li waqaf jagħtiha l-għajnuna. Huwa ressaq il-karozza min-nofs it-triq u raha li kemm hi kif ukoll bintha jinsabu tajbin.
Fuq facebook il-mara ddeskriviet lil dan il-pulizija bħala eroj li salva lilha u lil bintha.