Mara tweġġa’ wara li ttajret minn mutur

Mara ta’ 53 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn mutur f’Birkirkara.
L-inċident seħħ fi Triq Fleur-De-Lys għall-ħabta tal-4:00pm.
Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li l-mara, residenti Santa Venera, intlaqtet minn mutur misjuq minn raġel ta’ 60 sena, residenti Birżebbuġa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.