Mara tweġġa’ serjament wara li waqgħet ġo bir

Mara ta’ 40 sena minn Ħal Għaxaq weġġgħet serjament wara li waqgħet ġo bir għal ħabta tal-5:15pm fid-dar tagħha.

Madanakollu, hija ma tinsabx f’kundizzjoni kritika.

Il-mara ttelgħet mill-bir bl-għajnuna tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdet l-isptar b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.