Mara tweġġa’ gravi wara li ttajret minn karozza fin-Naxxar

CMRU

Mara weġġgħet gravi wara li ttajret minn karozza fin-Naxxar.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fis-6.20am fi Triq Francisco Ximenes. Il-mara ta’ 25 sena residenti Tas-Sliema ntlaqtet minn vettura misjuqa minn mara ta’ 50 sena residenti n-Naxxar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.