​Mara tweġġa’ gravi wara li tal-linja tieħu brejk qawwi

Ingliża ta’ 49 sena sofriet ġrieħi gravi meta xufier Taljan tal-linja, kellu jieħu brejk qawwi biex jevita li jaħbat ma’ karozza oħra.
Il-mara hija residenti l-Qawra.
L-inċident seħħ fi Triq Ġuże’ Flores fil-Ħamrun ftit wara l-4.30pm.
Il-karozza tal-linja kienet qed tinstaq minn xufier Taljan ta’ 28 sena u li jgħix il-Marsa.
Il-mara ttieħdet l-isptar permezz ta’ ambulanza.