Mara tweġġa’ gravi wara li spiċċat f’wied bil-karozza b’kollox

Mara ta' 30 sena minn Birżebbuġa weġġgħet gravi iżda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f'inċident tat-traffiku fi Triq Għar Dalam f'Birżebbuġa stess. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:10pm meta l-vettura misjuqa minnha kienet invoulta f'ħabta ma' karozza oħra misjuqa minn ġuvni ta' 19-il sena minn Ħal-Safi.
Kawża tal-impatt, iż-żewġ vetturi waqgħu f'Wied il-Buni.
Iż-żewġ persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura. Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, il-ġuvni sofra ġrieħi ħfief. It-triq bħalissa tinsab magħluqa hekk kif qed jittellgħu il-vetturi mill-wied.