Mara tweġġa’ f’sala tal-operazzjonijiet; tintalab inkjesta

Chris Fearne jitlob għal inkjesta

CMRU

Mara ta’ 58 sena weġġgħet f’sala tal-operazzjonijiet f’Mater Dei. Il-Ministru għas-Saħħa talab li tinfetaħ inkjesta.

Għall-ħabta tad-9pm il-Ministeru għas-Saħħa ħareġ stqarrija qasira li fiha ntqal li mara weġġgħet fl-isptar Mater Dei.

Skont dak li ntqal, sar rapport dwar l-inċident dirett mal-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Il-Ministeru qal li Fearne llejla stess talab għal inkjesta maġisterjali dwar dan l-inċident li seħħ f’sala tal-operazzjonijiet.