Aġġornata: “Jien avżajt lill-Pulizija li binti tobgħod lil Youtube”

Missier il-mara li darbet tliet persuni b’arma tan-nar u qatlet lilha nnifisha fil-kwartieri ta’ Youtube ilbieraħ, sostna li kien avża lill-Pulizija li kienet tobgħod il-kumpanija u li kien hemm ċans li hi tmur fil-kwartieri ta' YouTube.
L-identità tal-mara li attakkat din il-kumpanija ġiet żvelata bħala Nasim Aghdam, ta’ 39 sena, li kienet qed takkuża lil YouTube b’diskriminazzjoni u li kien qed jiċċensura l-filmati tagħha.
Missiera, Ismail Aghdam qal li l-Pulizija kienu sabuha rieqda fil-karozza tagħha lbieraħ filgħodu wara li missierha kien irrapurtaha nieqsa l-ġurnata ta’ qabel.
Aghdam jidher li kellha numru ta’ stazzjonijiet fuq YouTube fejn kienet tikritika bil-qawwa lil YouTube, is-sit fejn miljuni ta’ persuni ajqsmu filmati dwar kollox u ta’ kull tip.
F’attakki onlajn, il-mara kienet sostniet li YouTube ma jippermettix li l-użanti tiegħu jingħataw l-istess opportunitajiet li jirnexxu, u nsistiet li tirnexxi biss jekk YouTube jippermettilek dan.
Ilbieraħ il-mara marret il-Kwartieri ta’ YouTube waqt li l-ħaddiema kienu qegħdin jieħdu l-ikla ta’ nofsinhar u qabel ma daħlet fil-kumpanija bdiet tispara t-tiri minn barra.
Ritratt: Sky News