Mara twaddab żarbuna lil Hillary Clinton

L-Awtoritajiet Federali tal-Istati Uniti arrestaw mara li waddbet żarbuna lil Hillary Clinton li kienet qed tagħmel diskors f’Las Vegas.
Clinton irnexxilha tevita li tintlaqat miż-żarbun u iċċajtat ukoll meta staqsiet jekk kienx hemm xi ħadd li jaħdem f’ċirklu fost il-persuna preżenti.
Is-Servizzi Sigrieti Amerikani sostnew li l-mara li waddbet iż-żarbuna ġiet arrestata u se titressaq il-Qorti.
Wara li waddbet iż-żarbun, il-mara qamet minn postha, għolliet idejha u mxiet lejn il-bieb ta’ barra.
F’Diċembru tal-2008, ġurnalist Iraqqin kien waddab iż-żarbun lill-eks President tal-Istati Uniti George W. Bush waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Bagdad.