​Mara tqila tixtieq tagħmel ir-regoli mal-bieb tad-dar

Mara li qed tistenna tarbija għamlet lista ta’ regoli għal dawk li se jżuruha ladarba jkollha t-tarbija… inkluż il-membri tal-familja tagħha u ta’ żewġha.
L-idea tal-mara qanqlet rabja minn ġenituri oħra, speċjalment meta staqsiet jekk ikunux raġonevoli, li twaħħal ir-regoli mal-bieb ta’ barra.
Din il-mara, li għandha twelled f'Marzu, hija determinata li l-ewwel ftit xhur tal-ħajja tat-tarbija tagħha, iridu jkunu perfetti totalment.
In-nota li mħajra tikteb tgħid hekk:
“Grazzi talli ġejtu żżuru t-tarbija tagħna.
JEKK JOGĦĠBOK – Kun onest fuq saħħtek – jekk dan l-aħħar kont qed tħossok ma tiflaħx, ejja darba oħra
JEKK JOGĦĠBOK – Stenniena noffrulek aħna biex terfa’ t-tarbija. It-tarbija forsi tkun rieqda jew tiekol, allura ngħidulek aħna meta jista’ jerfagħha xi ħaddieħor.
JEKK JOGĦĠBOK – Aħsel idejk qabel terfa’ t-tarbija
JEKK JOGĦĠBOK – Iddoqqx il-qanpiena tal-bieb għax tista’ tqajjem it-tarbija. Jekk tqajjimha, ikollok tieħu ħsiebha. Tgħidx li ma avżajtekx….!
Mhux se napprezzaw kummenti fuq id-daqs tal-omm
Tieħu xejn b’mod personali. Din hi l-ewwel esperjenza tagħna bħala ġenituri, imċaħħda mill-irqad u anzjużi. Din hija l-ewwel darba u għadna qed insibu tarf tas-sitwazzjoni l-ġdida.
Kuntenti li qegħdin hawn!
Grazzi bil-quddiem!
Kienu ħafna dawk il-ġenituri li jemmnu li din il-mara kienet qed tesaġera u ssuġġerewlha tadatta metodi oħra, inqas formali u aggressivi.