Mara tqila evakwata mill-AFM lejn Malta

Read in English.

Mara tqila li kellha bżonn l-attenzjoni medika b’mod urġenti ġiet evakwata lejn Malta minn fuq dgħajsa mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM).

Fi stqarrija, l-AFM qalu li irċivew it-talba għall-għajnuna llum waranofsinhar.

Ntbagħat il-ħelikopter AW139 għall-evakwazzjoni tal-immigranta. Hi nġiebet lejn l-Air Wing Base. Wara ġiet trasferita lil tim mediku.