Mara tmut wara li sabet ruħha f’diffikultà fil-baħar

Mara ta’ 61 sena residenti l-Mellieħa mietet wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum fil-Mistra.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt qal li l-inċident seħħ fit-3.30pm.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn xi nies fuq il-post u ntalbet l-għajnuna tal-Organizzazzjoni tas-Salib l-Aħmar.
Fuq il-post issejħet ambulanza iżda l-mara ġiet ċertifikata mejta fuq il-post.
B’rabta mal-każ infetħet inkjesta maġisterjali.
Ritratt: Arkivji