Mara tmut waqt li kienet qed togħdos f’Għawdex

Mara ta’ 55 sena tilfet ħajjitha waqt li kienet qed togħdos fl-inħawi tal-Kantra, f’Ta’ Ċenċ, fil-limiti ta’ Sannat.

Il-Pulizija kienet infurmata għall-ħabta tal-11am li kien hemm persuna f’diffikultà. Il-vittma, li hija Ġermaniża, ġiet assistita fuq il-post minn tim mediku, iżda sfortunatament ġiet iċċertifikata mejta.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.