Mara tmut minħabba l-blast ta’ ajruplan

Mara minn New Zealand mietet wara li l-blast tal-magna tal-ajruplan sabbatha mal-art.
L-inċident seħħ fl-ajruport tal-Prinċipessa Juliana ftit metri ’l bogħod mill-baħar.
Diversi neis li jkunu fil-baħar kemm-il darba jmorru mal-fence tal-ajruport sabeix jaraw l-ajruplan tilgħin u niżlin.
Il-Pulizija qalu li l-mara ta’ 57 sena kienet qed iżomm mal-fence. Minkejja li ttieħdet l-isptar il-mara mietet ftit tal-ħin wara.
Minkejja s-sinjali li hemm biex in-nies ma jersqux lejn il-fence, in-nies xorta jagħżlu li jersqu 'l hemm biex jaraw l-ajruplani.