Mara tittieħed l-isptar wara inċident fil-limiti tas-Swieqi

Mara ta' 26 sena kellha tittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara inċident li seħħ fi Triq il-Mediterran fil-limiti tas-Swieqi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1 ta’ wara nofsinhar ftit ‘il fuq mit-traffic lights bejn is-Swieqi u San Ġiljan fid-direzzjoni lejn Pembroke u kienu nvoluti erba’ karozzi.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku mill-isptar b’ambulanza.
Il-mara kellha tingħata l-għajnuna biex setgħet toħroġ mill-karozza bil-konsegwenza li t-triq kellha tingħalaq għat-traffiku u dan wassal għal serbut twil ta’ karozzi.
Il-mara tinsab f'kundizzjoni gravi filwaqt li raġel ta' 21 sena wkoll kellu jingħata l-kura. 

Ritratt: Media Police