Ritratti: Mara tittajjar minn karozza f’Ħaż-Żabbar

Mara ġarbet ġrieħi ħfief wara li ntlaqtet minn karozza fi Triq Villabate, it-triq li tagħti minn Ħaż-Żabbar għal Wied il-Għajn.
Sorsi infurmati qalu lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.20am, u x’aktarx il-mara kienet qed taqsam it-triq.
Għadd ta’ Pulizija tat-Traffiku mexxew il-karozzi miż-żewġ naħat, b’hekk ma kienx hemm sinjali ta’ ġġammjar ta’ karozzi, anki minħabba li t-triq ma ngħalqitx.
Ritratt: Ian Noel Pace