Żagħżugħa Taljana tittajjar fil-Gżira

Żagħżugħa Taljana ta’ 18-il sena residenti l-Gżira ntlaqtet minn karozza f’Rue D’Argens fil-Gżira stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30 ta’ waranofsinhar meta karozza misjuqa minn mara ta’ 57 sena minn Tas-Sliema laqtet lit-tfajla.
Mad-daqqa ż-żagħżugħa ħabtet rasha mal-windscreen tal-karozza.
It-Taljana qed issofri minn ġrieħi ta' natura gravi.