Aġġornata: Anzjana gravi wara li ttajret f’Tas-Sliema

Mara ttajret f’Tas-Sliema llum u ttieħdet l-isptar għall-kura, fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

Il-każ ġara għall-ħabta tas-2pm fi Triq Manwel Dimech. Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li marret ambulanza fuq il-post li ħadet lill-vittma l-isptar. Hija għandha 71 sena u hija Ġappuniża.

Il-karozza li tajritha kienet misjuqa minn mara ta’ 27 sena mill-Fgura.