Mara tittajjar fil-Birgu; ġrieħi gravi

Malta Police Force

Mara spiċċat l-Isptar Mater Dei bi ġrieħi gravi wara li ttajjret.

Skont stqarrija mingħand il-Pulizija, mara ta’ 68 sena residenti l-Birgu ntlaqtet minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 61 sena minn Ħal Tarxien. L-inċident seħħ fi Triq Desain, il-Birgu.

Il-Pulizija saret taf bil-każ għall-ħabta tat-8am, u marru fuq il-post immedjatament. Ambulanza ħadet lill-mara l-isptar għall-kura, fejn iżjed tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.