Aġġornata: Mara tittajjar f’Ħal Luqa

Il-mara li lbieraħ ittajret minn karozza f'Ħal Luqa ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.
Il-mara ta' 58 sena residenti Ħal Luqa, ttajret minn karozza misjuqa minn raġel ta' 23 sena resident Ħal Qormi fit-3:30pm ilbieraħ.