Mara tittajjar f’Ħal Luqa; ġrieħi gravi

Mara ta’ 66 sena qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn vettura fi Triq Sant’Andrija f’Ħal Luqa dalgħodu.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident ġara fid-9.15am, u li ssejħet ambulanza fuq il-post.

Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 47 sena li hi residenti l-Imġarr.