Tfajla tittajjar f’San Pawl il-Baħar

Tfajla ta' nazzjonalità Ingliża ġarbet ġrieħi gravi wara li ttajret minn vettura f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ għal ħabta tal-4.15 p.m. fi Triq il-Mosta meta t-tfajla ta' 15-il sena kienet qed taqsam it-triq u ntlaqtet minn vettura tat-tip Toyota IQ misjuqa minn mara ta' 36 sena mill-Għargħur. 

It-tfajla ittieħdet l-isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.