Sentenza sospiża għal mara li heddet lil xufier ta’ taxi b’arma

Aġġornat 06:04 PM
Miguela Xuereb

Mara weħlet sentenza sospiża dalgħodu għax heddet lil xufier ta’ taxi b’arma airsoft.

Ir-Russa għandha 40 sena u toqgħod l-Imsida. Tressqet il-qorti fil-11am quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.

Fil-qorti ġie spjegat li x-xufier kellem lill-ħabiba tal-akkużata bit-Taljan u l-akkużata kienet urtata għax ma bdietx tifhmu. Ix-xufier waqqaf il-karozza mal-ġenb u qalilha biex tinżel Paceville. Hi ħarġet il-pistola, u x-xufier ħadha l-għassa.

Il-mara wieġbet ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha, u weħlet sentenza ta’ sentejn ħabs sospiża għal erba’ snin.