Mara titlef kontroll tal-vettura u tidħol ġo ħajt fir-Rabat

Mara tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha hi u ssuq u baqgħet dieħla ġo ħajt fir-Rabat.

Dan ġara fid-9.15pm ilbieraħ fi Triq Nikol Saura.

Il-mara, li għandha 29 sena u hi residenti r-Rabat, għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-karozza, u ssejħu l-Pulizija fuq il-post biex joħorġu lill-mara mill-karozza, iżda aktar tard irriżulta li kellha biss ġrieħi ħfief.