Mara titlef ħajjitha wara li waqgħet fis-Swieqi

Mara ta’ 68 sena minn Ħal Qormi tilfet ħajjitha tard ilbieraħ filgħaxija wara li li waqgħet f’residenza privata fis-Swieqi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2.30pm ta’ waranofsinhar fi Triq il-Pedidalwett, meta l-mara kienet qed tnaddaf u waqgħet it-taraġ.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u għamlet diversi sigħat f’qagħda kritika.
Il-Pulizija qalet li l-mara tilfet ħajjitha għall-ħabta tal-11.15 tal-bieraħ filgħaxija.Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ filwaqt li nħatret inkjesta maġisterjali.