Titlef ħajjitha wara li ttajret f’Għawdex

Read in English.

Mara tilfet ħajjitha wara li ttajjret minn karozza kmieni dalgħodu f’Għawdex.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fis-6:30am fi Triq il-Ħamrija fix-Xewkija.

Il-mara ta’ 78 sena residenti x-Xewkija, ittieħdet l-Isptar Ġeneral t’Għawdex fejn aktar tard tilfet ħajjitha.

Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 25 sena residenti x-Xewkija stess.