Mara tisplodi lilha nnifisha barra moskea fit-Turkija

Fit-Turkija seħħ attakk-suwiċida minn militant mara, li splodiet lilha nnifisha barra moskea storika fil-qalba antika tal-belt ta’ Bursa.
L-inċident, li seħħ ilbieraħ waranofsinhar, ħalla mill-inqas 13-il ruħ midruba imma jidher li ma kien hemm ebda vittma għajr il-militanta.
Ħadd għadu ma ħa responsabiltà tal-attakk.