Mara tinżamm arrestata f’darha wara li ffrodat anzjana

Mara qed tinżamm arrestata f’darha wara li kienet akkużata li ffrodat anzjana ta’ 89 sena.

Hija frodata €90,000 billi kienet tikteb ċekkijiet bi flus l-anzjana f’isimha.

Meta l-anzjana ndunat li spiċċawlha l-flus mill-kont bankarju, infetħet investigazzjoni mill-Pulizija.

Il-Maġistratt Claire Stafrace Zammit tatha il-ħelsien mill-arrest, bil-kundizzjoni li l-akkużata tibqa’ d-dar, u fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €15,000.

Il-Qorti ordnat li jkollha l-assi ffriżati u se tinħareġ ordni ta’ protezzjoni għall-vittma u ħuha.