Aġġornata: Mara fil-periklu tal-mewt wara li tintlaqat minn xarabank f’Tal Pietà

Mara ta’ 66 sena tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha wara li ntlaqtet minn xarabank f’Tal Pietà. L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għal ħabta tas-7.30am fi Triq ix-Xatt hekk kif intlaqtet minn karozza tal-linja tal-kumpanija Arriva li kienet qed tinstaq minn xufier ta' 44 sena mill-Mosta. Ħadd mill-passiġġieri li kienu fuq il-karozza tal-linja ma weġġa' f'dan l-inċident. 

Il-mara hija residenti Tal Pietà stess u ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn instab li qiegħda fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija għad għaddeja bl-invesitgazzjonijiet tagħha dwar dan l-inċident.