Mara tintlaqat minn karozza f’San Ġwann; tweġġa’ gravi

Mara ta’ 68 sena minn San Ġwann weġġgħet gravi f’inċident tat-traffiku f’San Ġwann stess.
Kien għall-ħabta tas-2.15pm fi Triq Birkirkara meta l-mara ntlaqtet minn karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 54 sena minn San Ġwann ukoll. 
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.