Mara tinstab maqtula f’Santa Venera

Mara nstabet mejta fis-6.20am f’Santa Venera.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn sabu l-mara maqtula, bi ġrieħi li jindikaw li sfat vittma ta’ arma taqta’ u bil-ponta, kitbu fi stqarrija l-Pulizija, fi Triq il-Mastrudaxxi.

Minkejja li l-Pulizija għadha ma identifikatx lill-vittma, rapporti mill-midja qed jgħidu li l-mara hija barranija ta’ 22 sena.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.