Mara tinstab ħatja b’serq minn fuq il-persuna u kkaġunat ferita ħafifa

Mara ta’ 30 sena residenti Wied il-Għajn ingħatat sentenza sospiża wara li wieġbet ħatja ta’ serqa minn fuq il-persuna f’Birżebuġa. Il-mara nstabet ħatja wkoll li kkaġunat ferita ħafifa fuq persuna fiż-Żejtun u talli laqgħat għandha ħwejjeġ misruqa jew akkwistati minn reat.

Il-mara ngħatat sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u tpoġġiet taħt ordni ta’ superviżjoni għall-perjodu ta’ sentejn.