Mara tinqaleb bil-karozza f’għalqa

Mara ta’ 59 sena mill-Mosta ttieħdet l-Isptar wara li waqgħet bil-karozza f’għalqa.
L-inċident seħħ fi Triq Ħaż-Żebbuġ, f’Ħ’Attard matul il-lejl.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-mara tilfet il-kontroll u baqgħet neiżla bil-karozza f’għalqa, għoli ta’ aktar minn sular.
Minkejja li ħarġet waħedha mill-karozza hija ttieħdet l-isptar.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.