Mara ngħatat n-nar hekk kif kienet sejra l-Qorti tixhed kontra żewġ irġiel li akkużathom b’rape.
Il-każ seħħ f’ Uttar Pradesh fejn Indjana ta’ 23 sena qed tiġġieled għal ħajjitha l-isptar wara li qed issofri minn diversi ħruq ma’ ġisimha kollu.
Ħames irġiel inkluż it-tnejn li f’Marzu li għadda akkużathom li wettqu rape fuqhom jinsabu arrestati in konnessjoni mal-ħruq.
It-tobba qed jimmedikaw lit-tfajla fi sptar f’Lucknow City.