Mara tindarab gravi wara ħabta bil-mutur f’Santa Luċija

Mara ndarbet gravi wara li kienet involuta f’ħabta bejn mutur u karozza f’Santa Luċija.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat kif għall-ħabta tas-7.30am, seħħet ħabta bejn mutur u karozza fi Triq Dawret it-Torri. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn il-karozza misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti Ħal Tarxien u mutur misjuq minn mara ta’ 40 sena minn Raħal Ġdid.

Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.