Mara tikser sieqha fuq il-Gozo Channel

Mara kisret sieqha fuq vapur tal-Gozo Channel.

Iċ-Chairperson tal-Gozo Channel Joe Cordina qal lil Newsbook.com.mt li ssejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Persuna li kienet se taqsam minn Għawdex għal Malta qalet lil Newsbook.com.mt li kienet fuq il-vapur tal-Gaudos għas-6.30pm. Qalet li fuq is-sistema tal-PA instemgħet talba għall-għajnuna peress li kien hemm ’emerġenza medika abbord’. Intalbet l-assistenza f’każ li kien hemm tabib jew infermiera abbord il-vapur.

Aktar tard sar avviż li t-tluq tal-vapur kien se jittardja. Meta l-Gaudos beda jbaħħar il-Kaptan skuża ruħu fuq il-PA minħabba l-ittardjar. Id-dewmien jidher li kien ta’ madwar 30 minuta.

Visit Gozo

Mill-webcams tal-Imġarr Għawdex wieħed seta’ jara kju twil ta’ karozzi jistennew biex jaqsmu l-fliegu. Il-ġurnata tal-Ħadd ta’ sikwit tkun waħda impenjattiva għall-ħaddiema tal-Gozo Channel. Fost in-nies li jkun hemm jaqsum ikun hemm ħaddiema, studenti, u persuni li jkunu telgħu Għawdex għal tmiem il-ġimgħa.