Mara tiddaħħal l-isptar wara nirien fl-appartament tagħha

Mara li tgħix fi flat fi Triq Baldi l-Marsa, ittieħdet l-isptar Mater Dei wara nirien li ħakmu l-appartament tagħha aktar kmieni illum.

Jidher li l-mara ta’ 41 sena kienet qed tpejjep sigarett meta dan waqa fuq is-saqqu u ħa n-nar.

Il-pulizija qalet li l-flat li inħakem minn nirien kien jinsab fir-raba’ sular.

Newsbook jinsab infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11am.

Għad mhix magħrufa l-kundizzjoni tal-mara. Il-pulizija għadha qed tinvestiga.