Mara teħlisha ħafif wara li aggredieha ħmar fiż-Żebbuġ

Mara ttieħdet l-isptar, iżda kellha biss ġrieħi ħfief, wara li ġiet attakkata minn ħmar fiż-Żebbuġ.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat dan il-każ ma’ Newsbook.com.mt, li ġara fi Triq ta’ Ċaqra, li tagħmel ukoll mal-lokalità tal-Għasri, fit-2 ta’ Settembru fis-7.30pm.

Il-mara, li għandha 48 sena u toqgħod ir-Rabat, Għawdex, marret tagħmel rapport l-Għassa tar-Rabat. Hija kellha tittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura, iżda ma sofrietx ġrieħi kbar. Sors li tkellem ma’ Newsbook.com.mt qal li mnalla kien hemm raġel li gerrex lill-ħmar.

Il-vittma ma xtaqitx li tieħu passi kontra sid il-ħmar.