Mara teħel il-ħabs għax iffrodat lil ommha €30,000

Mara weħlet erba’ snin ħabs għaliex instabet ħatja li ffrodat lil ommha bi €30,000 u ħaditilha wkoll xi deheb li kellha tiddepożita.

Il-każ imur lura għall-2015 meta l-omm għamlet rapport l-għassa ta’ Birkirkara dwar bintha ta’ 56 sena għax bintha kienet ġibdet iżjed minn €30,000 minn żewġ kontijiet bankarji tagħha.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech widdbet lill-akkużata talli sfruttat u serqet mingħand ommha stess, u kkundannatha għal erba’ snin ħabs.