Mara taqa’ u tmut meta kienet qed tiżfen fl-Italja

Mara Maltija waqgħet u mietet waqt li kienet qed tiżfen f’btala fl-Italja.

Anna Pace, 58 sena mis-Swieqi, kienet f’ristorant fir-raħal ta’ Ortezzano, villaġġ żgħir ta’ ftit inqas minn 800 resident u li jinsab fil-provinċja ta’ Le Marche.

Skont il-ġurnal Resto del Carlino Pace kienet qed tiddiverti flimkien mar-raġel tagħha meta dan ta’ l-aħħar induna li l-mara nġibdet lura u waqgħet mal-art.

Issejħet ambulanza flimkien ma’ tim mediku fejn iċċertifika lill-mara mejta fuq il-post. Il-kadavru tal-mara ttieħed l-isptar taċ-ċentru ta’ Fermo.

Fuq il-paġna tal-facebook tagħha kienet it-tifla tagħha stess li tat l-aħbar tal-mewt ta’ ommha