Mara bi ġrieħi gravi wara li waqgħet għoli ta’ sular

Mara ta’ 42 sena mill-Imġarr qed issofri ġrieħi gravi wara li waqgħet għoli ta’ madwar sular f’sit tal-kostruzzjoni, fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ fil-11.20am fi Triq Louis Wettinger.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei.