Mara ta’ 94 sena t-30 vittma tal-Covid-19 f’Malta

face masks
Miguela Xuereb

Read in English.

L-awtoritajiet ikkonfermaw li mara ta’ 94 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19, it-30 mewt li seħħet b’riżultat tal-pandemija f’Malta.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjana kkonfermat pożittiva għall-Covid-19 illum stess, 25 ta’ Settembru, bħala parti minn testijiet ta’ rutina li qed isiru fid-dar tal-anzjani li tgħix fiha. Il-mara kienet għamlet żewġ testijiet oħra aktar kmieni dan ix-xahar, fid-9 u fl-14 ta’ Settembru, li kienu rriżultaw fin-negattiv.

Il-mara mietet aktar tard illum.

Filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, il-ministeru appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.