Mara ta’ 86 sena tmut bil-Covid-19

Is-16-il vittma tal-pandemija f'Malta

REUTERS/Flavio Lo Scalzo

Read in English.

Mara ta’ 86 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19 matul il-lejl, is-sittax-il vittma tal-pandemija f’Malta.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-30 ta’ Awwissu u ddaħħlet l-Isptar Mater Dei dakinhar stess. Ġiet trasferita fl-Isptar St Thomas fit-2 ta’ Settembru, imma reġgħet lura Mater Dei 3 jiem wara. Mietet fl-Infectious Disease Unit tal-Isptar Mater Dei matul il-lejl.

Il-ministeru żied li l-mara kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Appella wkoll biex il-poplu jkompli jsegwi d-direzzjonijiet tad-Dipartment tas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi tiegħu lill-familjari tal-mara.