Mara ta’ 102 suspettata bi qtil f’dar tal-anzjani fi Franza

Mara ta’ 102 sena qed tiġi suspettata li qatlet mara oħra li kienet fil-kamra ta’ ħdejha fi djar tal-anzjani fi Franza.

Il-BBC rrappurtat kif il-mara li qed tiġi suspettata bil-qtil issa ttieħdet fi sptar psikjatriku. Qabel hi kienet qalet lill-carers tagħha li kienet qatlet lil xi ħadd. Wara, il-carer kienet sabet il-vittma mejta fis-sodda tagħha b’numru ta’ tbenġil u daqqiet fuq wiċċha.

Il-kawża tal-mewt wara l-awtopsja instab li kienet fgata u sofriet numru ta’ daqqiet f’rasha. Il-każ ġie skopert mill-carer ftit wara nofsillejl tas-Sibt li għadda. L-akkużata instabet fi stat aġitat u ta’ konfużjoni. Intant bħalissa qed tgħaddi minn numru ta’ testijiet sabiex jiddeterminaw jekk il-mara hix vera kriminalment responsabbli.