Mara ssuq għal ġo arblu tad-dawl; ġrieħi gravi

CMRU

Anzjana baqgħet dieħla ġo arblu tad-dawl bil-vettura tagħha aktar kmieni llum, u qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-inċident ġara fit-3pm fi Triq Burmarrad f’San Pawl il-Baħar meta Franċiża ta’ 70 sena li toqgħod il-Mellieħa għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha u baqgħet dieħla ġol-arblu.

Minnufih issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet lill-vittma l-isptar, fejn iżjed tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.