Mara ssofri ġrieħi wara li ttajret minn karozza

Mara Taljana ta' 54 sena sofriet ġrieħi gravi iżda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt wara li ttajret minn karozza fi Triq il-Mediterran fil-Belt Valletta.
L-inċident seħħ għal ħabta tas-1:30 pm.
Il-vettura li laqtet lil mara kienet misjuqa minn raġel ta' 39 sena minn Bormla.
Il-mara sofriet ġrieħi f'rasha u kellha tittieħed l-isptar għall-kura. Iktar investigazzjonijiet mill-pulizija għadhom għaddejjin.