Mara nieqsa mis-smigħ b’appell biex in-nies jilbsu l-maskra

Miguela Xuereb

Mara nieqsa mis-smigħ qalet li l-ilbies tal-maskra hu ta’ sfida kbira għaliha billi ma tistax taqra xufftejn in-nies meta dawn ikunu qed jitkellmu, madankollu hi tifhem il-ħtieġa li tintlibes il-maskra u appellat lin-nies biex jilbsuha.

Il-mara li tmexxi l-blogg A Silent World fuq Facebook kitbet dwar l-esperjenza tagħha bħala persuna nieqsa mis-smigħ, issa li l-maskri saru obbligatorji kullimkien, saħansitra anke fit-toroq.

Hija spjegat li għandha bintha li hi vulnerabbli, u għalhekk tqis li hu aktar importanti għaliha li bintha tkun sigura milli li hi tkun parti mill-konverżazzjonijiet. Spjegat li llum il-ġurnata ssib ruħha titkellem inqas, ma tkunx taf fuqiex qed jidħku n-nies jew x’qed jgħidulha dawk li jaħdmu fil-ħwienet. Issoktat tgħid li diġà kienet imdorrija titħalla barra mill-konverżazzjonijiet qabel il-pandemija, aħseb u ara issa.

https://www.facebook.com/silentworldmalta/?ref=page_internal

Minkejja dan, hi qed taffaċċja din l-isfida billi meta jkollha bżonn tifhem dak li qed jingħad, tieħu pass lura u tistaqsi lil min qed ikellimha jneħħi l-maskra sabiex tifhem, waqt li hi tibqa’ bil-maskra. Qalet li s-sinjali u l-ġesti bl-idejn, kif ukoll il-kitba, jgħinuha ħafna.

Temmet tgħid li l-ħajja bil-maskra ma tolqotha xejn, imma mhix tilmenta, għax tħossha ħafna aktar sigura b’dan il-mod. Appellat lin-nies biex jilbsu maskra u jaħsbu f’dawk li huma vulnerabbli.