Mara mitluqa mal-art fil-periklu tal-mewt

Read in English.

Mara ta’ 49 sena minn San Pawl il-Baħar, tinsab fil-periklu tal-mewt, wara li kienet involuta f’argument f’San Pawl il-Baħar.

Fi stqarrija il-Pulizija qalet li lbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar, minħabba xi argument.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn sabu persuna mitluqa mal-art.

Immedjatament intalbet l-assistenza ta’ tim mediku li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-mara Ingliża ta’ 49 sena, kellha argument ma’ raġel Sirjan ta’ 38 sena minn Ħal Balzan.

Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri min ġrieħi serji.

Ir-raġel ta’ 38 sena qed jiġi mitkellem mill-Pulizija filwaqt li bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.