Mara misjuba mejta f’Tas-Sliema

Mara ta’ 73 sena nstabet mejta dalgħodu f’appartament fi Triq Dingli f’Tas-Sliema.

Il-katavru tal-mara nstabet fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni, bis-sejba saret wara li l-ġirien irrappurtaw riħa fl-inħawi.

Il-pulizija u l-membri mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili sabu l-katavru wara li daħlu fir-residenza.

Hu mifhum li l-mara mietet mewta naturali.